Futbol Sport

Draw bejn Mosta u Gżira

(Ritratt: Trevor Sollars)

MOSTA …………… 2

GŻIRA U. ………… 2

Mosta: M.Jovicic, R.Briffa, W.Donkin (J.Nsumoh 46′) (G.Sciberras 90′), C.Failla, J.Bezzina (I.Doric 46′), M.Hetemaj, L.Riascos, R.Morisco, Z.Brincat (D.Bonnici 72′), S.Akinbule (M.Mifsud 81′), R.Ekani

Gżira U. : D.Zarkov, G.Bohrer, N.Muscat, S.Pisani, Z.Scerri, Y.Messias, C.Gauci (K.Desira 90′), N.Portelli, M.Maia, J.De Assis, J.Mendoza

Referee: M.De Gabriele

Assistenti Referees: J.Spiteri, M.Scerri

Fit-Tony Bezzina Stadium, Mosta u Gżira temmew fi draw ta’ 2-2, b’Mosta jispiċċaw il-partita b’raġel inqas. B’dan id-draw Mosta u Gżira baqgħu bl-istess punti fil-klassifika, b’10 punti kull tim.

L-ewwel azzjoni perikoluża għal Mosta waslet fis-sitt minuta x-xutt ta’ Jefferson De Assis kien salvat tajjeb mill-goalkeeper ta’ Mosta Marko Jovicic. Mosta irreaġixxew fl-10 minuta meta l-corner perikoluż ta’ Clayton Failla għadda tul il-lasta, bl-ebda plejer ta’ Mosta ma japrofitta. Biex fid-22 minuta kienu Gżira li marru fil-vantaġġ meta minn cross ta’ Yuri Messias, kien Maxuell Maia li daħal tajjeb bir-ras u għeleb lil Marko Jovicic għal 1-0.

Fid-39 minuta Gżira ingħataw penalty għal foul ta’ Rodrigues Ekani fuq Maxuell Maia, bid-difensur ta’ Mosta jintwera l-karta ħamra. Biex mill-ħdax-il metru Gabirel Bohrer ma żbaljax għal 2-0. Minkejja dan. Mosta naqqsu d-distakk fil-45 minuta meat kien Sunday Akinbule li b’konklużjoni tajba għeleb lil Zarkov għal 2-1.

Mosta kisbu l-gowl tad-draw fid-69 minuta meta minn cross mix-xellug kien Rafael Morisco li daħal tajjeb bir-ras u kkonkluda fix-xibka, għal skor finali ta’ 2-2.