Futbol Sport

Floriana jkomplu jissieltu ma’ ta’ fuq

Matthias Mizzi

Gudja United…..0

Floriana………….1

Gudja U.: G. Zammit, L. Beland, A. Friggieri, R. Soares, T. Gusman (28’ N. Micallef), F. Pankarican, Y. Ito (72’ R. Kisil), G. Mensah, F. Zuniga, J. Grioli (19’ L. Grech (71’ N. Tabone), I. Dudarev (46’ T. Abdul)

Floriana: G. Kitanov,  C. Rutjens, O. El Hasni,  Z. Cassar, A. Ciolacu, N. Garcia, B. Paiber (59’ J. Arias), E. Rebenja (46’ K. Keqi), J. Busuttil (45’ D.Agius), A. Garzia (85’ O. Spiteri), R. Camenzuli

Imwissija: 29’ A. Garzia, 45’ I. Dudarev, 83’ K. Keqi

Skorjaw: (OG) 53’ L. Grech

Referee: Trustin Farrugia Cann

Assistenti Referees:  Luke Portelli & Duncan Sultana

Raba’ Uffiċjal: Daniel Portelli

BOV Plejer tal-Logħba: Ryan Camenzuli (Floriana)

Floriana kisbu tliet punti importanti oħra li jħalluhom ma’ ta’ fuq fil-klassifika. F’logħba bbilanċjata u nieqsa mill-azzjonijiet perikolużi Gudja kienu sfortunati li fl-aħħar minuti tal-partita ma kisbux id-dro.

L-ewwel taqsima kienet ikkaratterizzata minn ħafna logħob wieqaf tant li Gudja kienu sforzati jagħmlu żewġ bidliet minħabba li Justin Grioli u Tensior Gusman ħassew xi uġigħ. Minħabba dan il-kowċ Thane Micallef kellu jbiddel il-formazzjoni inizzjali. F’din it-taqsima l-iktar li marru viċin kienu proprju Gudja li fil-43 minuta xutt mill-Franċiż Oualid El Hasni ġie mblokkat tajjeb minn fuq il-linja.

Fit-tieni taqsima Floriana ħarġu aħjar tant li fil-53 azzjoni veloċi minn Ryan Camenzuli fuq il-linja xellugija sarrfet f’gowl wara li l-kross fil-baxx tiegħu spiċċa fix-xibka mill-plejer ta’ Gudja Leighton Grech. Wara dan il-gowl il-logħob miż-żewġ naħat baqa’ nieqes mill-azzjonijiet offensivi għajr ċans tad-deheb fl-aħħar mumenti tal-partita. Kien proprju kross preċiż fuq Aidan Friggieri, b’dan waqqa’ l-ballun preċiżament fuq Mensah li madankollu mill-viċin tefa’ barra biex l-iskor intemm dak ta’ 1-0.