Il-Pulizija qed tinvestiga l-filmati xokkanti li dehru fuq diversi pjattaformi, inkluz fuq it-Times, ta’ persuni li bdew iheggu ragel biex jaqbez minn fuq is-Sur ta’ Hastings – kummenti li gibdu d-disprezz ta’ kulhadd.
Kollox beda meta ragel deher fuq dan is-sur, jhedded li se jnehhi hajtu b’idejh. U filwaqt li l-Pulizija intervjenew immedjatament, ftit ‘il boghod ingabru xi persuni ….ihegguh jaqbez, jghidulu li dan kien biss show u sahansitra jinstemghu jghidu li ahjar jinfaqa mal-art.
Dawn il-kummenti gabu kundanna enormi. Bil-Kap tal-PN Bernard Grech jghid dan kollu juri kemm jeħtieġ li nibżgħu aktar għal xulxin.
Net News jista’ jikkonferma li ghadd ta’ persuni diga’ gew interrogati mill-Pulizija, u mhux eskluz li jitressqu nies il-Qorti fis-sighat li gejjin.
Intant, f’intervent waqt il-programm NETLIVE, il-Kap Ezekuttiv tal-Fondazzjoni Richmond, Stephanie Dimech Sant, qalet li sitwazzjonijiet bhal dawn juru kemm hawn bzonn edukazzjoni fis-socjeta’ taghna.
Għalkemm fl-istess waqt, dak li ġara fil-Belt jikkonferma wkoll li intervent f’waqqtu jista’ jsalva l-ħajja. Fil-fatt, kien grazzi ghall-intervent immedjat tal-Pulizija li r-ragel li kien fuq Hastings…gie salvat, u inghata l-appoġġ meħtieġ.
//= $special ?>