Lokali

It-tfal b’99 proposta għal futur aħjar

Is-Sibt filgħodu, quddiem il-bini tal-Parlament il-Kunsill tat-Tfal ippreżentaw 99 proposta li jiffokaw mhux biss fuq il-bżonnijiet tat-tfal, iżda wkoll fuq il-bżonnijiet tal-ġenituri tagħhom.

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet, deher is-sentiment li fis-soċjeta tagħna hemm bżonn li mhux biss it-tfal iżda anke l-adulti jitkellmu u jagħtu l-perspettiva tagħhom dwar diversi suġġetti varji.

Matul il-konferenza ħareġ ukoll il-bżonn li l-istituzzjonijiet Maltin – minkejja li għandhom jisimgħu lil ħaddieħor – għandhom ukoll jirreaġixxu u jwettqu dak li jwegħdu.

Għal din il-konferenza attendiet ukoll il-President Emeritus Marie Louise Coleiro, li esprimiet il-bżonn li d-drittijiet tat-tfal ikunu ssalvagwardjati u anke jitgawdew mit-tfal infushom billi jitkellmu u juru x’jixtiequ li jsir mill-pajjiż li għada se jmexxu huma stess.

Tags