Lokali

“Jekk mhux illum, mela meta?”

“Jekk mhux illum, mela meta?”

Din kienet il-mistoqsija li iddominat il-Konferenza organizzata is-Sibt filgħodu fl-okkazjoni tal-Jum Dinji tad-Dijabete.

Dan is-seminar iffoka fuq diversi problemi li jiltaqgħu magħhom n-nies li jbatu minn din il-kundizzjoni, inkluż il-problema kbira tan-nuqqas ta’ tagħmir bżonnjuż bħall-‘Continuous Glucose Monitoring System’ li jżomm lill-persuni infurmati bil-livelli taz-zokkor.

Ir-rati ta’ persuni bid-Dijabete qiegħdin jkomplu jiżdiedu kemm globalment, kif ukoll fuq livell lokali. Dan hekk kif 10 fil-mija tal-popolazzjoni Maltija tbati minn din il-kundizzjoni…. u huwa stimat li r-rata se tkompli tiżdied fis-snin li ġejjin.

Bhalissa f’Malta…huwa stmat li hawn 31,700 persuna li għandhom id-dijabete, u li huma fuq il-karta s-safra. Aktar minn 30,000 minnhom huma Type 2… li minnhom aktar minn 4,500 jieħdu l-kura permezz tal-insulina. U ftit aktar minn 1,600 huma Type 1.

Tags