Robert Micallef fl-eta’ ta’ 42 sena, inħeles mill-akkużi wara li 12-il sena ilu tajjar u qatel lill-Salvatore Grima, anzjan ta’ 73 sena waqt li dan kien għaddej mill-bypass ta’ Ħaż-Żebbuġ. Dan ġara wara li waqaf jixtri l-imqaret. Kawża ta’ dan l-inċident, l-anżjan tilef ħajtu fl-isptar minħabba ġrieħi serji fl-intern li sofra bid-daqqa, fosthom ġrieħi f’qalbu u ksur.
Il-każ seħħ fis-27 ta’ Novembru tas-sena 2009, fejn Micallef kien qed isuq vettura tat-tip Fiat Punto, u malli qasam il-bypass ta’ Ħaż-Żebbug qal li sab lill-vittma ma’ wiċċu. Huwa xehed li ma kienx rah jaqsam minħabba trakk li kien ġej mid-direzzjoni opposta, u minkejja li żamm il-break, ma laħaqx waqaf.
Filwaqt li d-difiża argumentat li peress li l-każ beda jinstema fl-2015, sitt snin wara li seħħ l-inċident, il-każ ġie preskritt, il-Qorti qalet li d-diskrepanza fil-veloċità, kif ukoll in-nuqqas ta’ xhieda li raw l-inċident iseħħ, jagħmluha diffiċli biex il-prosekuzzjoni tkun tista’ tipprova l-każ tagħha. Għalhekk huwa ġie illiberat.
//= $special ?>