Konfermat illi nstabet fir-Renju Unit iċ-ċkejkna Arsema; it-tifla li kienet inħatfet mill-omm bijoloġika tagħha.
Ftit tal-ġimgħat ilu, il-gazzetta ‘il-mument’ kienet ippubblikat ritratt esklussiv li fih Arsema tidher f’park tal-familja li jinsab f’Manchester. Dakinhar, il-gazzetta kienet irrappurtat ukoll li l-Aġenzija Appoġġ kellha f’idejha anke filmat li juri lil Arsema fl-Ingilterra. U issa, dak kollu ġie konfermat dalgħodu f’kummenti lill-ġurnalisti.
Arsema kienet inħatfet f’Ottubru tas-sena l-oħra waqt li kienet taħt care order, meta ommha ħatfet lit-tifla u ħarbet minn pajjiżna.
Arsema ilha 7 snin tiġi fostered mill-familja Farrugia. U sa ftit ilu kienet għadha rappurtata nieqsa.
Fil-fatt, din is-saga ilha għaddejja sena sħiħa – minn mindu t-tifla inħatfet minn ommha stess.
//= $special ?>