Lewis Hamitlon se jkun qed jibda mill-Pole Position fil-Grand Prix tal-Qatar hekk kif kiseb l-aħjar ħin fil-provi tas-Sibt. Din kienet il-102 darba li Hamilton kiseb il-Pole Position fil-karriera tiegħu, b’Max Verstappen ta’ RedBull u Valtteri Bottas jidħlu fit-tieni u fit-tielet post rispettivament. Pierre Gasly se jibda mir-raba’ post filwaqt li l-veteran Fernando Alonso se jibda mill-ħames post. Fis-sitt post se jibda Lando Norris ta’ McLaren segwit minn Carlos Sainz ta’ Ferrari. Yuki Tsunoda se jibda l-Grand Prixt tal-Qatar mit-tmien post segwit minn Esteban Ocon ta’ Alpine u Sebastian Vettel ta’ Aston Martin.
//= $special ?>