Futbol Sport

Tasal l-ewwel rebħa għal Sliema

SLIEMA ………….. 2
VALLETTA ……… 1

Sliema: D.Cassar, K.Shaw, G.Aquilina (O.Elouni 90′), I.Gui, E.Agius (D.Holla 60′), J.Engerer (J.Farrugia 82′), Y.Uchida (J.Rengifo 82′), M.Beerman, J.Bliek, D.Vukovic, V.Berisha (H.Wassama 90′)
Valletta: A.Guarnone, J.Borg, R.Camilleri, T.Caruana, J,Arthur (L.Campos 82′), H.Dilaver, S.Dimech (R.Muscat 62′), I.Curjuric, E.Sala (C.Prado 68′), M.Fontanella, K.Tulmieri (M.Sansone 82′)
Referee: A.Johnson
Assistenti Referees: D.Spencer, P.Farrugia

Fl-Istadium Nazzjonali Sliema kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun meta għelbu lil Valletta bl-iskor ta’ 2-1. Fl-ewwel minuti kienu Valletta li ħadu l-inizjattiva’ u kienu l-aktar fuq l-offensiva. Biex fit-12-il minuta kienu proprju Valletta li marru fil-vantaġġ meta minn corner mil-lemin kien Eslit Sala li għola bir-ras u waħdu fil-kaxxa tefa’ fix-xibka għal 1-0.

Fil-25 minuta l-aħjar azzjoni għat-tim Sliemiż, meta x-xutt ta’ Dejan Vukovic kien parzjalment mtajjar bix-xutt ta’ Myles Beerman ikun salvat tajjeb mill-goalkeeper Alessandro Gurarnone.
Sliema bdew isibuha diffiċli biex isibu l-ispazju fid-difiża Beltija, b’Valmir Berisha jikkonkludi mid-distanza, bix-xutt tiegħu jgħaddi ferm għoli mil-lasti ta’ Guarnone.

Intant mal-ftuħ tat-tieni taqsima Sliema ħarġu fuq l-offensiva u proprju fit-48 minuta kisbu l-gowl tad-draw, meta minn cross minn fuq ix-xellug kien Dejan Vukovic li b’volley minn tarf il-kaxxa għeleb lil Guarnone għal 1-1.

Fil-51 minuta Valleta ferm viċin il-gowl, meta il-cross shot ta’ Kevin Tulimieri kien mxellef mal-lasta minn Kurt Shaw, bil-konklużjoni ta’ Eslit Sala tkun mdawwra f’corner. Biex fl-84 minuta Sliema marru fil-vantaġġ meta kien Danny Holla li bi freekick mill-isbaħ sab ir-rokna tax-xibka għal 2-1.