Fi Stadio Artemio Franchi Fiorentina issoprendew lil Milan meta għelbuhom bl-iskor ta’ 4-3. Din kienet l-ewwel telfa ta’ Milan dan l-sitaġun fis-Serie A wara 12-il partita mingħajr telfa. B’hekk huma jisetnnew li Napoli jitilfu fil-konfront kontra Inter biex jibqgħu bl-istess punti f’ras il-klassifika. Min-naħa tagħhom b’din ir-rebħa Fiorentina telgħu fis-sitt post tal-klassifika. Huma fetħu l-iskor fil-15-il minuta meta il-goalkeeper ta’ Milan Ciprian Tatarusanu ma żżammx tajjeb, b’Alfred Duncan japfrofitta tajjeb u jitfa fix-xibka għal 1-0. Fiorentina rduppjaw lejn tmiem l-ewwel taqsima meta kien Riccardo Saponara li b’xutt mid-distanza għeleb lil goalkeeper ta’ Milan għal 2-0. Fiorentina għamluhom tlieta fis-60 minuta meta l-attakkant prolifiku Dusan Vlahovic sab ruħu wiċċ imb’wiċċ mal-Tatarusanu, u bil-kalma kollha ikkonkluda fil-lasta. Minkejja dan Milan naqqsu d-distakk żewġ minuti wara meta Zlatan Ibrahimovic aprofitta minn żball ta’ Giacomo Bonaventura biex tefa’ fix-xibka. Biex ħames minuti wara repa kien Zlatan Ibrahimovic li mill-viċin ikkonkluda fix-xibka wara pass ta’ Theo Hernandez. Madanakollu Fiorentina għalqu l-partita fis-86 minuta meta wara żball difensiv ta’ Theo Hernandez kien Dusan Vlahovic li tefa’ fix-xibka għal 4-3. Milan skorjaw it-tielet gowl tagħhom permezz ta’ awto-gowl ta’ Lorenzo Venuti għal skor finali ta’ 4-3.
Juventus kisbu rebħa mportanti barra minn darhom għand Lazio meta għelbuhom bl-iskor ta’ 2-0. B’hekk b’din ir-rebħa Juventus laħqu lill-istess Lazio fil-ħames post tal-klassifika b’21 punt. Huma marru fil-vantaġġ fit-23 minuta meta Danilo Cataldi waqqa’ lil Alvaro Morata fil-kaxxa, bir-referee jordna penalty. Mill-ħdax-il metru l-captain Leonardo Bonucci ma żbaljax għal 1-0. Minkejja dan Juventus kellhom jistennew sat-83 minuta biex jirduppjaw meta għal darb’oħra ingħataw penalty ieħor, bid-difensur Leonardo Bonucci għal darb’oħra jitfa’ fix-xibka.
SERIE A
Illum: Atalanta v Spezia 5-2, Lazio v Juventus 0-2, Fiorentina v Milan 4-3 Għada: Sassuolo v Cagliari 12.30pm
Salernitana v Sampdoria 3.00pm, Bologna v Venezia 3.00pm, Inter v Napoli 6.00pm, Genoa v Roma 8.45pm It-Tnejn
Verona v Empoli 6.30pm, Torino v Udinese 8.45pm