Lokali

Tnejn iweġġgħu wara li waqgħu minn għoli fil-Knisja

Żewġ irġiel weġġgħu wara li waqgħu minn għoli ta’ madwar żewġ metri minn fuq scaffolding fil-Knisja Ta’ Ġieżu fir-Rabat.

Jirriżulta li dalgħodu, għall-ħabta tad-9.30, iż-żewġ irġiel – ta’ 61 sena minn Ħad-Dingli u ta’ 57 sena mir-Rabat stess – kienu qed jagħmlu xi xogħol ta’ armar meta, għal xi raġuni, waqgħu mill-għoli.

Minbarra l-Pulizija, fil-post wasal tim mediku b’Ambulanza. Ir-raġel ta’ 57 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi, filwaqt li r-raġel ta’ 61 sena ittieħed fiċ-Ċentru tas-Saħħa.

Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.