Lokali

Żagħżugħ jitlef ħajtu u oħra fil-periklu tal-mewt f’inċident tat-traffiku f’Ħal Luqa

Ismael Grima, żgħażugħ ta’ 21 sena residenti San Ġiljan, tilef ħajtu tragikament wara incident ikrah li sehh f’Hal Luqa. Mieghu…kien hemm tfajla ta’ 19-il sena minn Ħal Qormi ….li tinsab fil-periklu tal-mewt.

L-incident seħħ fil-lejl ta’ bejn il-Gimgha u s-Sibt, fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa f’Ħal Luqa.

Kien ghall-habta tas-1 ta’ filghodu, meta ż-żagħżugħ …li kien qiegħed isuq vettura tat-tip BMW…tilef il-kontroll u baqa’ dieħel f’ħajt. Mad-daqqa l-karozza ġarrbet ħsarat kbar tant li ż-żewġ żgħażagħ spiċċaw maqbudin fil-vettura.

Fil-post issejaħ tim mediku flimkien mal-membri tas-CPD, li minnufih bdew b’ħidma biex joħorġu liz-zghazagh mill-karozza.

Il-Pulizija kkonfermat  li Ismael Grima ġie ċċertifikat mejjet fil-post, filwaqt li t-tfajla li kienet passiġġiera miegħu tinsab fil-periklu tal-mewt fl-Isptar Mater Dei.

Dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Ian Farrugia…filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin..

Dan kien tmiem il-gimgha iehor immarkat bi tragedja …wara l-incident tragiku li sehh fix-Xemxija l-gimgha li ghaddiet, fejn mara zaghzugha tilfet ħajjitha wara li ttajjret minn karozza.

Sadanittant, ħafna qamu maħsuda bl-aħbar ta’ dan l-inċident u bil-mewt taż-żagħżugħ … maghruf ahjar bhala Izzy. Filfatt, fil-media soċjali diversi qraba u ħbieb sellmulu u ddeskrivewh bħala ġuvni twajjeb b’qalb tad-deheb u maħbub minn kulħadd.

Bosta qalu wkoll li dan iż-żagħżugħ ħalla din id-dinja kmieni wisq, filwaqt li oħrajn ġeddew il-memorji tagħhom ta’ meta kienu izgħar u fakkru fil-kwalitajiet tajbin li kellu Ismael Grima.

F’post imtella’ fuq Facebook, il-Viċi Sindku ta’ San Ġiljan Clayton Luke Mula sellem il-memorja ta’ Ismael Grima u wassal il-kondoljanżi lill-qraba taż-żagħżagħ f’dawn il-mumenti ta’ niket u sogħba.

F’posts separati, il-grupp ‘Valletta FC Youth Development Sector’, il-Football Nursery ta’ San Ġwann, kif ukoll Pieta Hotspurs FC Academy esprimew id-dieqa tagħhom għal mewta traġika ta’ Ismael Grima.. l-ex plejer kemm fl-akkademja tal-Belt Valletta, fl-akkademja ta’ San Ġwann, kif ukoll fl-akkademija tal-Pieta’.

Il-Valletta FC Youth Development Sector kitbu li Ismael kien laghab ma’ din l-Akkademja ghal 3 staguni, 2 staguni fl-U/17 u stagun iehor ma’ l-U/19s qabel ma’ ngħaqad mat-tim ta’ Ħal Qormi.