Fl-aħħar 24 siegħa kelna 122 każ ġdid ta’ COVID-19… l-akbar ammont ta’ każi minn Lulju. Dan ifisser li fl-aħħar jumejn kelna kważi 200 każ ġdid.
Il-każi attivi issa huma ta’ 847 wara li fl-aħħar sigħat fiequ 41 persuna.
Dan filwaqt li fl-Isptar Mater Dei hemm 12-il persuna, bi tnejn minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva jingħata kura għal sintomi li qed jesperjenzaw kawża tal-virus.
Fortunatament, l-ebda persuna ma tilfet ħajjitha kaġun tal-pandemija.
B’kollox s’issa ngħataw 93,247 doża tal-booster.
U l-ġimgħa li għaddiet kienu nstabu 411 każi ġodda.
//= $special ?>