It-tennist Ġermaniż Alexander Zverev rebaħ l-ATP Finals għat-tieni darba fil-karriera tiegħu meta fil-final f’Turin għeleb lil Daniil Medvedev 6-4 6-4. Fil-kummenti ta’ wara l-partita Zverev qal li jinsab kuntent li rebaħ is-sitt titlu għal din is-sena, fosthom il-midalja tad-deheb fl-Olimpjadi ta’ Tokjo. Zverev għeleb lin-numru wieħed Novak Djokovic fis-semi finali s-Sibt li għadda, u lit-tieni seed Medvedev fil-finali, biex sar l-ewwel tennist li għamel dan fl-ATP Finals sa minn Andre Agassi fl-1990. Zverev kien ilu għall-aħħar sentejn ma jegħleb lil Medvedev, fejn tilef ħames partiti sa mir-rebħa li kellu fuqu fl-ATP Finals f’Londra fl-2019.
//= $special ?>Alexander Zverev jirbaħ l-ATP Finals għat-tieni darba
21 ta' Novembru 2021

You may also like
AKTAR STEJJER
MORE ARTICLES