Kenneth Vella
L-aktar erba’ tiġrijiet importanti li saru lbieraħ wara nofsinhar fil-Marsa taw il-bidu għall-kampjonat Prix De Vincennes għal żwiemel Franċiżi mill-klassi Premier fuq distanza twila ta’ 2640m. Dawn għamlu parti mill-erbgħin laqgħa tas-sena fuq għaxar tiġrijiet tat-trott. Minn dawn il-heats 23 żiemel għaddew għas-semi finali.
Fl-ewwel heat Premier, Balzac De L’Iton, misjuq mill-Ghawdxi Marco Refalo, irnexxielu jiehu r-raba’ rebħa minn daqstant dehriet ġewwa Malta. Dan kien il-ħin kollu quddiem u qasam il-linja finali l-ewwel b’vantaġġ ta’ żewġ tulijiet minn Verso De Crennes (Clint Vassallo), Alf De Melandre (Rodney Gatt) u Chaud Devant (Noel Baldacchino). Baxter Du Klau (Kurt Saliba) u Valseme (Jason Zahra) kienu l-aħħar żwiemel li għaddew għall-fażi li jmiss. Ta’ min wieħed jinnota li hawnhekk l-akbar sorpriża kienet l-eliminazzjoni tal-favorit Antoine Du Bourg, li għal xi metri kien fit-tieni pożizzjoni u ċeda kollox fl-aħħar. Dan iż-żiemel kien gej minn suċċess fil-finali tat-Tazza l-Kbira.
Aster Des Caillons (Charles Degiorgio) ma sab ebda diffikulta’ biex jirreġistra t-tielet rebħa tas-sena fit-tieni heat tal-aqwa klassi. Dan kien il-ħin kollu quddiem u ttrijonfa b’tul minn Andante (Cherise Farrugia) u Crack Du Tillet misjuq min-nannu ta’ Cherise, Andrew Farrugia. Vanderlov (Melvin Farrugia) daħal warajhom quddiem Bastingage (Omar Cauchi) u Avrik De Guez (Carmelo Farrugia).
Fit-tielet heat, Andrew Farrugia poġġa lil Capital Majyc quddiem f’nofs id-dritta finali tat-tielet heat tal-aqwa klassi. B’hekk dan iż-żiemel ta’ Farrugia ha l-ewwel rebħa fi xtutna minn Big Kaiser (Ludvic Ghigo), Barrio Josselyn (Anton Cassar), Capitaine France (Johann Axisa) u Amigo Turgot (Salvu Vella).
Brut De La Cote (Ludvic Ghigo) akkwista t-tieni rebħa fi gżirietna wara li kien il-ħin kollu quddiem waqt ir-raba’ u l-aħħar heat Premier. Dan hareg rebbieħ b’tul minn Vangiskan Scott (Chantel Azzopardi), Abercrombis (Noel Baldacchino) u Vertige De Chenu (Charles Camilleri). Up And Go (Rodney Gatt) u Casting De Chenu (Ivan Bilocca) kienu l-aħħar żewġ żwiemel li għamluha għas-semi finali minn din il-heat.
Ir-riżultati kollha
I Tiġrija. Heat Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Atoll Du Sud Ouest (N. Barbara) Ħin – 3.22.4” (1.16.7”) 2. Diego JYL (J. Zahra) 3. Caprice Noria (N. Azzopardi) 4. Flash Du Rabutin (C. Camilleri)
II Tiġrija. Heat Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Galaxie d’Azur (P. Galea) Ħin – 3.26.2” (1.18.1”) 2. Éclair Winner (S. Vella) 3. Fast Loulou (J. Gafa’) 4. Good Buzz (K. Galea)
III Tiġrija. Heat Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Diam Orange (J. Gafa’) Ħin – 3.24.5” (1.17.4”) 2. Emporio Jo (C. Vassallo) 3. Velvety Ranais (Sh. Portelli) 4. Cupidon De Bassard (S. Cassar)
IV Tiġrija. Heat Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. French Arctic (N. Baldacchino) Ħin – 3.24.3” (1.17.4”) 2. Astral De Beaumee (R. Gatt) 3. Diamant Atout (S. Cortis) 4. Double Sans Faute (M. Desira)
V Tiġrija. Heat Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Baron De Neuilliac (D. Casha) Ħin – 3.23.5” (1.17.1”) 2. Drakkar Cleville (P. Galea) 3. Basmati Volsin (J. Vassallo) 4. Aden (J. Gafa’)
VI Tiġrija. Heat Prix de Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Balzac De L’Iton (M. Refalo) Ħin – 3.19.1” (1.15.4”) 2. Verso De Crennes (C. Vassallo) 3. Alf De Melandre (R. Gatt) 4. Chaud Devant (N. Baldacchino) 5. Baxter Du Klau (K. Saliba) 6. Valseme (J. Zahra)
VII Tiġrija. Heat Prix de Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Aster Des Caillons (C. Degiorgio) Ħin – 3.25.9” (1.18”) 2. Andante (Cherise Farrugia) 3. Crack Du Tillet (A. Farrugia) 4. Vanderlov (M. Farrugia) 5. Bastingage (O. Cauchi) 6. Avrik De Guez (C. Farrugia)
VIII Tiġrija. Heat Prix de Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Capital Majyc (A. Farrugia) Ħin – 3.21.3” (1.16.2”) 2. Big Kaiser (L. Ghigo) 3. Barrio Josselyn (A. Cassar) 4. Capitaine France (J. Axisa) 5. Amigo Turgot (S. Vella)
IX Tiġrija. Heat Prix de Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Brut De La Cote (L. Ghigo) Ħin – 3.19.3” (1.15.5”) 2. Vangiskan Scott (C. Azzopardi) 3. Abercrombis (N. Baldacchino) 4. Vertige De Chenu (C. Camilleri) 5. Up And Go (R. Gatt) 4. Casting De Chenu (I. Bilocca)
X Tiġrija. Heat Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Vaillant Marceaux (R. Gatt) Ħin – 3.25.6” (1.17.9”) 2. Fox Trot Maybe (M. Bonnici) 3. Etel Du Pilet (P. Galea) 4. Botro Cayennais (M. Desira) 5. Great Angel (N. Azzopardi)
//= $special ?>