BALZAN ………… 6
SIRENS ………….. 1
Balzan: J.Galea, A.Loof, M.Grima (J.Grech 72′), M.Duric (P.Mota 59′), A.De Paixao (N.Frendo 59′), U.Ljubomirac (B.Kaljevic 72′), S.Cipriott (P.Fenech 59′), M.Zlatkovic, G.Camilleri, M.Mijic, A.Andrejic
Sirens: S.Mintoff, A.Blanco, K.Reid, A.Effiong (B.Gavrilla 67′), A.Borg, J.Walker, C.Zammit Lonardelli, A.Cini, C.Riascos, D.Jackson, V.Vieira (F.William Avoce 67′)
Referee: I.Barbara
Assistenti Referees: R.Vella, J.Muscat
Fl-Istadium Nazzjonali Balzan kisbu rebħa dominanti fuq it-tim ta’ Sirens bl-iskor ta’ 6-1. Kienet partita fejn Balzan kienu fil-kontroll mill-bidu tagħha fejn skorjaw ħames gowls sa tmiem l-ewwel taqsima. B’din ir-rebħa Balzan komplew bil-forma pożittiva wara l-ħatra tal-coach Pawlu Zammit fejn telgħu momentarjament fit-tielet post tal-klassifika bi 15-il punt.
Huma fetħu l-iskor fis-7 minuta meta kien Milan Duric li kkonkluda fix-xibka għal 1-0. Huma rdoppjaw fis-16-il minuta meta kien Milos Mijic li b’xutt minn tarf il-kaxxa għeleb lil Mintoff għal 2-0. Balzan komplew jiddominaw u skojraw it-tielet gowl fit-33 minuta, meta minn azzjoni ta’ Aleks Andrejic, kien Alex Da Paixao li kkonkluda fil-lasta. Ħames minuti wara wasal ir-raba’ gowl għal Balzan, meta kien Uros Ljubomirac li minn pożizzjni tajba għeleb lil Mintoff b’xutt fil-baxx. Biex tliet minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima, Balzan skojraw il-ħames gowl tagħhom, meta għal darb’oħra reġa’ kien Uros Ljubomirac li żmarka ruħu fil-kaxxa u għeleb lil Mintoff għat-tieni darba.
Fit-tieni taqsima iż-żewġ timijiet naqqsu r-ritmu tagħhom, b’Sirens jiskorjaw gowl ta’ konsolazzjoni fit-78 minuta permezz ta’ penalty ta’ Vitor Vieira. Biex fit-88 minuta kien is-sostitut Bojan Kaljevic li mill-viċin tefa’ fix-xibka għal 6-1.
//= $special ?>