Lokali

Fil-periklu li jitlef ħajtu wara li waqa’ b’rota u baqa’ daħal f’siġra

Żagħżugħ qed jissielet għal ħajtu wara li waqa’ bir-rota li kien qed isuq u baqa’ dieħel f’siġra fi Triq is-Saqqajja, ir-Rabat għall-ħabta tal-5.30pm.

Fuq il-post waslu l-Pulizija u tim mediku mill-Isptar Mater Dei biex jassistu liż-żagħżugħ, Taljan ta’ 25 sena residenti l-Gżira. Iktar tard, hu ttieħed l-Isptar għal iktar kura fejn ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Charmaine Galea fetħet inkjesta, bil-Pulizija għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet tagħhom.