L-Arċipriet ta’ Ħal Qormi, Mario Mangion staqsa għaliex qed issir distinzjoni bejn attivitajiet reliġjużi u oħrajn fejn jidħlu l-protokolli li hemm fis-seħħ fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19.
Hu saħaq li m’hemmx differenza bejn 100 ruħ mexjin biex jiġbru l-flus għall-karità u 100 ruħ mexjin wara xbieha ta’ Ġesu Bambin fi żmien il-Milied hekk kif l-istess ammont ta’ persuni jinġabru fl-istess post. Kien għalhekk li staqsa għalfejn ħafna mill-protokolli nbiddlu iżda dawk relatati ma’ attivitajiet reliġjużi għad għandhom reżistenza enormi għal ftit tibdil.
Hu spiċċa jgħid li jifhem li bħalissa qed ngħixu żminijiet mhux mixtieqa u li kulħadd jixtieq jgħix ħajja aħjar u iktar libera iżda jixtieq li jara li kulħadd ikun trattat bl-istess mod.
//= $special ?>