Futbol Sport

Inter jagħtu l-ewwel telfa lil Napoli… Roma b’rebħa kontra Genoa

(Ritratt: EPA)

F’San Siro Inter ħasdu lil Napoli u tawhom l-ewwel telfa tal-istaġun meta għelbuhom bl-iskor ta’ 3-2. B’din ir-rebħa Inter saħħu posthom fit-tielet post u jinsabu ħames punti ‘l bogħod mill-istess leaders Napoli. Kienu Napoli li fetħu l-iskor fis-17-il minuta meta minn pass ta’ Lorenzo Insigne kien Piotr Zielinski li xeħet fil-lasta. Minkejja dan sitt minuti wara Inter ingħataw penalty meta Kalidou Koulibaly deher imiss il-ballun b’idu fil-kaxxa. Mill-ħdax-il metru Hakan Calhanoglu ma żbaljax għal 1-1. Inter daħlu jistrieħu fil-vantaġġ meta fl-44 minuta kien Ivan Perisic, li minn corner ta’ Calhanoglu, xeħet ġewwa bir-ras. Inter skorjaw it-tielet gowl fil-61 minuta meta minn pass ta’ Joaquin Correa kien Lautaro Martinez li kkonkluda wara David Ospina għal 3-1. Napoli skorjaw it-tieni gowl tagħhom fid-79 minuta permezz ta’ Drie Mertens, liema gowl ma kienx biżejjed biex jevitaw l-ewwel telfa tal-istaġun.

Roma kisbu rebħa minima ta’ 1-0 barra minn darhom għand Genoa.Iż-żewġ gowls waslu permezz ta’ Felix Afena-Gyan, l-ewwel fit-82 minuta meta kkonkluda minn pass ta’ Henrikh Mkihtaryan, kif ukoll fid-90 minuta b’konklużjoni preċiża.

Fi Stadio Arechi Sampdoria kisbu rebħa ta’ 2-0 barra minn darhom għand Salernitana. Huma marru fil-vantaġġ fl-40 minuta meta minn cross ta’ Antonio Candreva kien Francesco Di Tacchio li tefa’ fil-lasta tiegħu stess għal 1-0. Sampdoria rdoppjaw tliet minuti wara meta minn pass ta’ Fabio Quagliarella kien Antonio Candreva li kkonkluda fil-lasta għal skor finali ta’ 2-0.

SERIE A

Ilbieraħ: Atalanta v Spezia 5-2, Lazio v Juventus 0-2, Fiorentina v Milan 4-3 Illum: Sassuolo v Cagliari 2-2 Salernitana v Sampdoria 0-2, Bologna v Venezia 0-1, Inter v Napoli 3-2, Genoa v Roma 0-2 Għada Verona v Empoli 6.30pm, Torino v Udinese 8.45pm