Lokali

Jinħareġ aktar fil-beraħ l-iżbilanċ fit-TVM

Jum wara l-ieħor kull ma jmur aktar qed jinħareġ kemm hemm żbilanċ fil-PBS, bil-Ministru Karmenu Abela iżda jgħid mod ieħor u jsostni li  l-Oppożizzjoni Nazzjonalista u l-NGO’s qed ikunu rappreżentati aktar.

F’intervista fuq The Malta Indepdendent Karmenu Abela qal li l-Gvern ġab aktar stabbiltà u bilanċ fix-xandir… iżda fl-aħħar aġġornament dwar l-iżbilanċ fit-TVM il-PL kellu 13%  ta’ rappreżentanza tul il-bullettin tat-8pm, filwaqt li l-PN 6%.

Il-PN tenna għadd ta’ drabi li Gvern Laburista trasforma x-xandir tal-pubbliku f’magna ta’ propoganda għall-Gvern Laburista. Magna li tuża kull mezz possibbli biex iddawwar l-aħbar favur Robert Abela u l-Partit Laburista.

F’analiżi li kienet saret ħareġ li l-ewwel tmien minuti tal-aħbarijiet huma ddomintati minn aħbarijiet tal-Gvern Laburista.

F’din l-analiżi ħareġ ċar id-differenza li jkun hemm bejn kemm jingħata ħin lill-Gvern Laburist u lill-Partit Nazzjonalista. Fejn f’ħafna drabi l-Ministri jitteħdulhom kummenti filwaqt li esponenti tal-PN xejn.

L-appell tal-PN huwa l-irwol tal-PBS ikun wieħed li jħares il-prinċipji demkratiċi ta’ pajjiżna u jibqa’ jsegwi dak kollu li qed jiġri kuljum. Dan filwaqt li jirriserva kull dritt li jieħu kull azzjoni meħtieġa sabiex ikunu salvagwardjati d-demokrazija, it-trasparenza u d-dritt għall-informazzjoni.