Formula 1 Sport

Lewis Hamilton jirbaħ l-ewwel Grand Prix fil-Qatar

(Ritratt: EPA)

Lewis Hamilton rebaħ l-ewwel Grand Prix tal-Qatar wara li ddomina il-Grand Prix mill-bidu sa tmiem tagħha. Max Verstappen temm fit-tieni post wara li ngħata penali u kellu jibda l-Grand Prix mis-seba’ post. B’hekk Max Verstappen għadu fl-ewwel post tal-klassifika tas-sewwieqa iżda d-distakk naqas għal tmien punti minn ma’ Lewis Hamilton. Fernando Alonso ta’ Alpine spiċċa fit-tielet post għall-ewwel podium tiegħu sa mill-2014 segwit minn Sergio Perez ta’ RedBull. Esteban Ocon ta’ Alpine daħal fil-ħames post segwit minn Lance Stroll ta’ Aston Martin. Carlos Sainz ta’ Ferrari temm fis-seba’ post, b’Charles Leclerc u Lando Norris jidħlu fit-tmien u fid-disa’ post rispettivament.

Sebastian Vettel temm fl-għaxar post segwit minn Pierre Gasly u Daniel Ricciardo ta’ McLaren. Yuki Tsunoda ta’ AlphaTauri u Kimi Raikkonen ta’ Alfa Romeo daħlu fit-tlettax u fl-erbatax-il post rispettivament segwiti minn Antonio Giovinazzi u Mick Schumacher. George Russell ta’ Williams u Nikita Mazepin temmew fis-sbatax u t-tmintax-il post. Nicola Latifi u Valtteri Bottas ma temmewx il-Grand Prix.