Futbol Sport

Man Utd ikeċċu lil Ole Gunnar Solskjaer

Man Utd ħabbru li Ole Gunnar Solskjaer m’għadux aktar il-coach tat-tim wara t-telfa umiljanti ta’ 4-1 kontra Watford. Man Utd rebħu partita waħda mill-aħħar seba’ logħbiet fosthom telfiet kontra Liverpool u Man City. Darren Fletcher u Michael Carrick mistennija jmexxu lit-tim fil-partita tal-UEFA Champions League kontra Villareal.

Fl-istqarrija tagħhom Man Utd rrikonoxxew li l-aħħar ġimgħat ma kienux faċli għall-club filwaqt li rringrazzjaw lil Solskjaer tax-xogħol tajjeb li għamel fl-aħħar snin f’din il-kariga. Solskaer ħa f’idejh it-tmexxija tal-club fl-2019 wara li tneħħa Jose Mourinho.