Sport Sport Ieħor

Programm speċjali dwar il-Kumitat Olimpiku Malti

Illum  mit-3.20 p.m ‘l quddiem fuq NetTelevision jixxandar is-seba’ programm SPORT EXTRA għal dan l-istaġun li huwa wieħed speċjali b’rabta mal-aħħar tibdil li seħħ fi ħdan il-Kumitat Olimpiku Malti.

Filwaqt li fil-programm hemm servizzi b’rabta ma dak li seħħ fil-Kumitat Olimpiku Malti mid-9 ta’ Novembru sa issa, fl-ewwel parti tal-programm Charles Camenzuli intervista lil JULIAN PACE BONELLO – President tal-Kumitat Olimpiku Malti li kien konfermat għall-erba’ snin li ġejjin.

Fit-tieni parti intervista ma’ CHARLENE ATTARD li ser tkun id-Direttur tal-Isport fi ħdan il-KOM . L-aħħar intervista hija ma’ KEVIN AZZOPARDI li fl-aħħar Laqgħa Ġenerali kien elett bħala Segretarju Ġenerali għall-erba’ snin li ġejjin.

SPORT EXTRA bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ CHARLES CAMENZULI għandu muntaġġi tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri u filmati minn Ramon Farrugia u filmati tas-servizzi minn Bernie Dimech.