Futbol Sport

Tasal l-ewwel rebħa għal Santa Lucia

(Ritratt: Trevor Sollars)

SANTA LUCIA ……………. 2

BIRKIRKARA ………………. 0

Santa Lucia: J.Archibald, A.Prates, J.Pisani, N.Pulis, G.Conti (A.Vella 87′), P.Silva, V.Plut (F.Farias 71′), A.Souza (K.Xuereb 66′), V.Filho, J.Zerafa (J.Tanti 66′), D.Xuereb

Birkirkara: D.Fernandes, E.Pepe, Y.Yankam (R.Scicluna 46′), L.Montebello, P.Mbong (C.Bonanni 46′), F.Falcone (K.Bevis 46′), C.Attard, O.Carniello (J.Valletta 90′), L.Aguirre, J.Macedo (N.Borg 79′), D.Venancio

Referee: P.Farrugia

Assistenti Referees: A.Camilleri, C.Francalanza

Fit-Tony Bezzina Stadium, Santa Lucia kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun meta għelbu lil Birkirkara bl-iskor ta’ 2-0. Min-naħa l-oħra din kienet it-tieni telfa għal Birkirkara, liema telfa tħallijhom wara Hibernians u Floriana fit-taqtiegħa għar-rebħ tal-Kampjonat.

Santa Lucia skorjaw il-gowls tagħhom fl-ewwel taqsima meta huma fetħu l-iskor fil-25 minuta permezz ta’ Gianmarco Conti li għeleb lil Daniel Fernandes għal 1-0. Huma rdoppjaw għaxar minuti wara meta r-referee Philip Farrugia ordna penalty għal Santa Lucia, b’Alan Souza mill-ħdax-il metru ma jiżbaljax għal 2-0. Fl-azzjoni tal-penalty tkeċċa id-difensur ta’ Birkirkara Enrico Pepe għat-tieni karta safra.

Fit-tieni taqsima Santa Lucia wkoll spiċċaw jilagħbu b’għaxar plejers meta tkeċċa għalihom Vicotr Luiz għat-tieni karta safra.