Coronavirus Lokali

COVID-19: Imut raġel ta’ 72 sena; 62 każ ġdid

Jiżdiedu l-vittmi tal-pandemija f’pajjiżna… hekk kif, bejn il-Ħadd u t-Tnejn, tħabbret il-mewt ta’ raġel ieħor li kellu 72 sena kaġun tal-COVID-19. Sabiex b’hekk it-total ta’ vittmi f’pajjiżna mill-bidu tal-pandemija issa tela’ għal 464.

L-ebda dettalji oħra ma ngħataw dwar dan ir-ragel li miet fl-ahhar 24 siegha.

L-aggornatment tal-awtoritajiet tas-sahha jindika li l-pazjenti rikoverati fl-Isptar Mater Dei bhalissa huma 12 – fosthom hemm tnejn li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Madankollu, mhi tingħata l-ebda informazzjoni dwar il-persuni li jinsabu fl-Isptar, fosthom l-etajiet jew jekk dawn humiex imlaqqmin jew le.

Sadanittant l-awtoritajiet ħabbru wkoll li fl-aħħar 24 siegħa kelna 62 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 42 persuna oħra.

Tajjeb li wieħed jinnota li fl-aħħar sebat ijiem rajna 516-il każ ġdid – l-akbar ammont ta’ kazi attivi li kellna s’issa sa minn nofs Lujlu.

Intant, sat-Tnejn ingħataw 96,507 dożi tal-booster.