“Il-politika mhijiex dwar l-individwu imma dwar dak li hu ta’ ġid għall-poplu Malti u Għawdxi “
Hekk stqarr il-Membru Parlamentari Ewropew Nazzjonalista David Casa wara li rrinunzja l-pożizzjoni tiegħu ta’ Quaestor fi ħdan il-Parlament Ewropew.
Casa għażel li jagħmel dan wara li Roberta Metsola kkonfermat il-kandidatura tagħha għall-Presidenza tal-Parlament Ewropew, u sabiex hu stess ikompli jappoġġja n-nomina taghha.
Skont ir-regolamenti tal-Parlament fi Brussell, ma jistax ikun hemm żewġ membri tal-istess grupp politiku jew tal-istess membru Stat f’karigi għolja. Kien propju ghalhekk li Casa irrinunzja mill-pożizzjoni li kellu.
David Casa qal li fil-ħidma tiegħu fl-Ewropa hu dejjem stinka biex pajjiżna jkollu sehem siewi fid-deċiżjonijiet importanti, u issa, hemm il-possibiltà li pajjiżna jkollu l-ogħla kariga fil-Parlament Ewropew, dik ta’ President. jekk Metsola jirnexxielha tikseb l-akbar numru ta’ voti.
It-Tnejn f’nofsinhar għalqu n-nominazzjonijiet għal din l-elezzjoni bi tliet kandidati jitfgħu isimhom għal din il-kariga. Minbarra Roberta Metsola, kienu l-MPE Olandiża Esther De Lange u l-Awstrijak Othmar Karas li kkonfermaw il-kandidatura tagħhom.
L-Erbgħa mbagħad jittieħed il-vot se jsir waqt laqgħa interna tal-grupp.
//= $special ?>