“Everywhere in North America where cannabis has become legalised, more people are smoking high-potent cannabis, and as a result more problems are caused.”
Dan kien il-kliem tal-espert Skocciz Sir Robin Murray, Professur fil-Psikjatrika mill-King’s College ta’ Londra, waqt li kien qed jindirizza is-sitt konferenża annwali tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Psikjatrija, bit-tema “Shaping the future: the mental health of our nation” – konferenzali saret matul il-jum tat-Tnejn.
Robin Murray saħaq li l-abbuż qawwi u fit-tul tal-kannabis jista’ jikkontribwixxi għall-bidu ta’ psikożi. Filfatt, kif ġara fil-Portugall meta fl-2001 il-kannabis ġiet dekriminalizatta, il-każijiet ta’ psikożi sparaw il-fuq b’ghaxar darbiet aktar sal-2015.
Sir Robin Murray sostna li huwa evidenti li dawk il-pażjenti li jbatu minn psikożi kawża ta’ użu mill-kannabis għandhom riskju akbar li jdumu ma’ joħorġu minn din il-kundizzjoni … meta mqabbla ma’ dawk li ma jabbużawx mill-kannabis.
Fid-dawl ta’ dan, huwa qal li dawk il-persuni li jibqgħu jagħmlu użu mill-kannabis u jbatu minn psikożi għandhom tendenża li jkollhom ammissjoni itwal fl-isptarijiet u sintomi aktar severi minn dawk li ma jagħmlux użu mill-kannabis, bħal paranoia.
Sir Robin Murray tefa ħarstu fuq il-każijiet ta’ psikożi fl-Ewropa, u saħaq li fl-Olanda, 50% tal-każijiet ta’ psikożi huma kkawzati mill-użu tal-kannabis, filwaqt li f’Londra, 30% ta’ dawk il-pażjenti li jbatu minn psikożi …dan ġie kkaġunat mill-użu tal-kannabis.
L-espert f’dan il-qasam sostna li aktar ma l-individwu jkun liberu li jagħmel użu mid-droga tal-kannabis, ser ikun hemm aktar abbuż. Għalhekk huwa saħaq li l-edukazzjoni hija ċ-ċavetta.
Bhalissa, il-Parlament Malti qed jiddiskuti ligi imressqa mill-Gvern li mistennija tillegalizza l-uzu tal-kannabis. B’kuntrast, il-PN jibqa’ dejjem kontra li zaghzugh jintbaghat il-habs ghaliex inqabad b’joint…iżda jemmen li l-abbozz kif imressaq mill-Gvern mhix soluzzjoni.
Sir Robin Murray minn naha tieghu għamilha ċara li għalkemm ħafna nies jaħsbu li cannabidiol li huwa estratt tal-kannabis jista’ jikura l-mard kollu li jeżisti .. minn mard tal-kanċer u saħansitra anka l-Covid-19….dawn m’humiex ta’ benefiċċju għad-dipressjoni, anzjeta u PTSD.
“The average person thinks that cannabis is natural and therefore, it cannot do any harm to his brain. However if people smoke cannabis on a daily basis, they are likely to run into problems.”