Il-coach Gareth Southgate ġedded il-kuntratt tiegħu mat-tim nazzjonali Ingliż sal-2024. Southgate qal li huwa ta’ privileġġ li se jkompli fit-tmexxija ta’ dan it-tim flimkien mal-assistent Steve Holland għal tliet snin oħra. B’hekk ġiet fi tmiemha wkoll l-ispekulazzjoni dwar il-futur ta’ Southgate hekk kif se jkun qed imexxi lit-tim Ingliż fil-Euro 2024 fil-Ġermanja, kemm il-darba l-Ingilterra jikkwalifikaw għall-fażi finali.
Southgate ħa f’idejh it-tmexxija tat-tim nazzjonali Ingliż fl-2016 fejn ra bidla radikali fis-suċċess li kiseb it-tim fl-aħħar snin. Fl-2018 hu wassal lill-Ingilterra sas-semi finali tat-Tazza tad-Dinja fir-Russja, filwaqt li temmew fit-tielet post fl-ewwel edizzjoni tal-UEFA Nations League fl-2019. Matul is-sajf li għadda, Southgate mexxa lill-Ingilterra għall-finali tal-Euro 2020, fl-ewwel finali tagħhom f’turnament maġġuri sa mill-1966, fejn kien megħluba bil-penalites mill-Italja.
//= $special ?>