Lokali Unjoni Ewropea

Roberta Metsola uffiċjalment kandidata biex tkun nominata għall-elezzoni ta’ President tal-Parlament Ewropew

Fl-aħħar ħin għalqu n-nomini għall-kandidatura fl-elezzjoni interna tal-Partit Popolari Ewropew għal dak li eventwalment se jkun il-kandidat tal-PPE għal President tal-Parlament Ewropew, bi tliet Membri Parlamentari Ewropej jixħtu isimhom għal din il-karigi.

Minbarra l-MPE Olandiża Esther De Lange u l-Awstrijak Othmar Karas li kkonfermaw il-kandidatura tagħhom, il-Kap tad-Delegazzjoni Nazzjonlaista fil-Parlament Ewropew, Roberta Metsola wkoll kienet xeħtet in-nomina tagħha.

Issa jmiss il-vot fi ħdan il-Partit Popolari Ewropew nhar l-Erbgħa u li se jittieħed waqt laqgħa interna tal-Grupp sabiex isir magħruf min se jkun il-kandidat tal-PPE li se jikkontesta biex jieħu f’idejh il-Presidenza tal-Parlament Ewropew għas-sentejn u nofs li ġejjin.

Intant fatt kurjuż, hu li l-media Taljana qed tirrapporta li l-eks Premier Taljan Silvio Berlusconi se jkun preżenti fiżikament għal dan il-vot wara li fil-ħin li ġej se jkun qed jieħu l-booster tal-vaċċin.

Il-laqgħa li orġinarjament kienet skedata li ssir f’Rotterdam, issa se tkun qed issir fi Strasburgu.