F’Ruling mogħti mill-Ispeaker Anġlu Farrugia, dwar talba mqajma mid-Deputat Nazzjonalista David Thake dwar żgwidar tal-Kamra permezz ta’ tweġibiet għal mistoqsijiet parlamentari, is-Sedja, filwaqt li fakkret li hija m’għandha l-ebda poter li b’xi mod tindaħal fil-kontenut tat-tweġibiet li jagħżlu li jagħtu l-Ministeri biex iwieġbu l-mistoqsijiet li jsirulhom b’mod komprensiv.
Kien id-Deputat Nazzjonalista David Thake li fis-Seduta tas-16 ta’ Novembru 2021 ġibed l-attenzjoni tas-Sedja u qal li: “proprju għal din id-domanda li għamilt u ħadt it-tweġiba llum, mistoqsija parlamentari numru 22956 li għamilt lill-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, u għamiltha wkoll lill-ministeri kollha. Id-domanda tiegħi kienet speċifika: jiena staqsejt lill-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru f’dan il-każ, biex ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-covering letter maħruġa misSegretarju Permanenti għal kull position of trust fil-Ministeru tiegħu.
“Il-Ministru wieġeb billi poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-template tal-manwal li jeżisti, li fih numru ta’ postijiet fejn għandhom jiddaħħlu dettalji speċifiċi. Allura bit-tweġiba tiegħu qiegħed jiżgwida din il-Kamra.”
//= $special ?>