Futbol Sport

Pedri jirbaħ l-unur tal-Golden Boy għas-2021

Il-midfielder ta’ Barcelona Pedri rebaħ l-unur tal-Golden Boy għas-sena 2021, fl-ewwel staġun tiegħu mal-ewwel tim ta’ Barcelona. Iż-żagħżugħ ta’ 18-il sena sar it-tieni plejer ta’ Barcelona li rebaħ dan l-unur, wara Lionel Messi, li rebaħ dan l-unur fl-2005. Pedri kien strumentali għal Barcelona kif ukoll għat-tim nazzjonali Spanjol, fejn rebaħ il-Copa del Rey kif ukoll il-midalja tal-fidda fl-Olimpjadi ta’ Tokjo. Pedri kien parti kruċjali mit-tim ta’ Luis Enrique li wasal sas-semi finali tal-Euro 2020, fejn kienu eliminati mill-Italja.

Dan l-unur jingħata mill-gazzetta Taljana ‘Tuttosport’ bir-rebbieħa preċedenti jinkludu plejers fosthom Erling Haaland, Kylian Mbappe, Joao Felix kif ukoll Matthijs de Lligt. Pedri kiseb 318-il punt, bil-midfielder Ingliż Jude Bellingham jikseb 119-il punt fit-tieni post.