Lokali

Taqleb għall-aħjar it-tfajla li kienet involuta fl-inċident ta’ Ħal Luqa

It-tfajla ta’ 19-il sena li kienet involuta fl-inċident li seħħ fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgha u s-Sibt li għadda f’Ħal Luqa, qalbet għall-aħjar. Madanakollu din it-tfajla għadha qed tiġġieled għal ħajjitha.

Dan l-inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa ta’ filgħodu tas-Sibt, fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa f’Ħal Luqa, fejn Ismael Grima, iż-żagħżugħ li kien qieħed isuq tilef il-kontroll tal-vettura tat-tip BMW – u baqa’ dieħel f’ħajt.

Sfortunatament, iż-żagħżugħ ta’ 21 sena ġie ċċertifikat mejjet fil-post, filwaqt li ż-żagħżugħa ittieħdet l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Hemm, hi kienet iċċertifikata li qed issofri minn feriti serji u li tinsab fil-periklu li titlef ħajjitha.