Għawdex Lokali

Tmut l-eks Kunsilliera Lokali tal-PN f’Għawdex Marlene Muscat

Tħabbret il-mewt tal-eks Kunsilliera tal-Partit Nazzjonalisa f’Għawdex Marlene Muscat.

Hi tibqa’ magħrufa fost ħafna Għawdxin għall-ħidma altruwista tagħha, partikolarment bil-volontarjat f’għaqdiet f’Ta’ Sannat, fin-Nadur u anke barra minn xtutna, fil-Kanada, fost il-komunità Maltija fejn kienet għal diversi snin.

F’Ta’ Sannat, Marlene serviet bħala Kunsilliera f’isem il-Partit Nazzjonalista fil-Kunsill Lokali bejn l-2010 u l-2013. Min-naħa l-oħra, fin-Nadur, hi serviet bħala Membru fil-Kumitat tal-Banda Mnarja u anke fl-Imnarja Folk Group, fost oħrajn.

Fuq il-media soċjali, diversi sellmu wkoll lil Marlene bħala persuna ddedikata f’xogħolha u ma tieqaf qatt, kif ukoll leali u li dejjem lesta biex tgħin.