Internazzjonali

BULGARIJA: Minn tal-inqas 45 persuna mietu wara li xarabank ħadet in-nar

Ritratt: Sky News

Minn tal-inqas 45 persuna fosthom 12-il tifel u tifla tilfu ħajjithom wara li xarabank ħadet in-nar f’highway lejn il-Punet tal-Bulgarija.

L-inċident seħħ kmieni t-Tlieta filgħodu bil-maġġoranza tal-vittmi huma turisti mill-Maċedonja.

Seba’ persuni li kienu qed isofru minn ħruq ittieħdu fi sptar f’Sopia għal iktar kura.

Uffiċjali qed jgħidu li jidher li l-vettura laqtet barriera fil-highway qabel jew wara li din ħadet in-nar. Skont l-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Maċedonja Bujar Osmani qal li x-xarabank kienet qed tirritorna lejn il-kapitali Skopje minn vjaġġ ta’ btala fi tmiem il-ġimgħa fil-belt Torka ta’ Istanbul.

S’issa għadha mhux magħrufa x’kienet il-kaġuni li waslet ta’ dan l-inċident, bl-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.