Lokali

Caritas tinawgura ċ-Ċentru Terapewtiku għall-Adolexxenti tal-Ibwar

Caritas Malta inawgurat iċ-Ċentru Terapewtiku għall-Adolexxenti tal-Ibwar, ċentru li se joffri servizzi differenti minnn dawk li diġa jeżistu għaliex sa qabel illum, żgħażagħ li għandhom problemi ta’ droga, kienu jiġu akkomodati fis-servizzi tal-adulti, jew jispiċċaw deħlin u ħerġin l-isptar jew saħansittra l-ħabs.

L-art fejn inbniet din il-faċilità kienet rilaxxata b’ċens f’idejn il-Caritas qabel ma setgħet tibda l-ħidma biex din il-ħolma setgħet issir realtà u fiha tibda tilqa’ l-adoloxxenti.

Biex dan il-proġett jkun suċċess, membri minn Caritas Malta marru l-Irlanda, l-Israel u l-Greċja u ġabu magħhom l-esperjenza meħtieġa. Biex issa ġie ffurmat team ta’ esperti speċjalizzati u program ibbażat fuq evidenza fejn inħolqu diversi programmi apposta biex jgħinu liż-żgħażagħ li jkunu residenti fl-Ibwar.

Diġa hemm 20 persuna li qed tibbenefika mis-servizzi li toffri din id-dar.. 6 minnhom jgħixu hawnhekk u 8 qed jaħdmu biex jidħlu fil-programm. L-etajiet tar-residenti jvarjaw biejn 13 u 18-il sena għalkemm ikunu kkunsidrati żgħażagħ ta’ età ikbar.. dan wara li jkunu riferuti mill-qorti mill-faċilitajiet korrettivi, mill-probabtion, jew minn assoċjazzjonijiet tas-saħħa mentali.

Waqt din it-tnedija tkellem it-Direttur tal-Caritas, Anthony Gatt u kif ukoll l-Arċisqof Monsinjur Charles J. Scicluna li minn naħa tiegħu saħaq fuq l-importanza li naħdmu fuq il-prevenzjoni u l-edukazzjoni għax id-droga mhux niffaċilitawha u niffaċilitaw l-użu tagħha imma nippruvaw nispjegaw u nedukaw biex l-għażliet liberi taż-żgħażagħ tagħna jkunu infurmati.

Intant, wara din l-okkażżjoni, il-Prim Ministru kompla jaffaċċja pressjoni dwar il-liġi tal-Kannabis li qed jimbotta l-Gvern Laburista. Dan fid-dawl tal-fatt li kienet għadha kemm ġiet inawgurata dar li fiha se tilqa’ żgħażagħ li jkollom problemi tad-droga li ħafna minnhom jibdew bit-tipjip tal-Marijuana.