Fi Stamford Bridge Chelsea għamluha mal-aħħar sittax tal-UEFA Champions League wara rebħa konvinċenti ta’ 4-0 kontra Juventus. Chelsea ddominaw il-partita u marru fil-vantaġġ fil-25 minuta meta Antonio Rudiger niżżel tajjeb lejn Trevor Chalobah li b’konklużjoni preċiża għeleb lil Wojciech Szczesny għal 1-0. Chelsea rdoppjaw fis-56 minuta meta wara żball difensiv ta’ Matthijs de Ligt kien Reece James li sab ix-xibka għal 2-0. Chelsea skorjaw it-tielet gowl tagħhom żewġ minuti wara meta minn pass ta’ Ruben Loftus-Cheek kien Callum Hudson-Odoi li kkonkluda fix-xibka għal 3-0. Fl-aħħar minuti tal-partita kien Timo Werner li mill-viċin skorja r-raba’ gowl ta’ Chelsea.
Man Utd irritornaw għar-rebħ fil-UEFA Champions League meta barra minn darhom għelbu lil Villareal bl-iskor ta’ 2-0. B’din ir-rebħa Man Utd ikkwalifikaw għall-fażi tal-aħħar sittax. Il-protagonisti għalihom ikunu għal darb’oħra Cristiano Ronaldo kif ukoll Jadon Sancho li bil-gowls tagħhom taw l-ewwel rebħa lil Michael Carrick bħala l-coach interim wara t-tkeċċija ta’ Ole Gunnar Solskjaer fi tmiem il-ġimgħa. Il-gowl ta’ Ronaldo wasal fit-78 minuta meta wara żball difensiv minn Etienne Capoe, kien l-istess Ronaldo li approfitta u qabbeż minn fuq il-goalkeeper Geronima Rulli għal 1-0. Biex fid-90 minuta kien l-attakkant Ingliż Jadon Sancho li b’xutt b’saħħtu ikkonkluda fix-xibka għall-ewwel gowl tiegħu ma’ Man Utd u t-tieni wieħed għar-Red Devils, għal skor finali ta’ 2-0.
Bayern Munich komplew bil-forma mill-aqwa fil-kompetizzjoni dan l-istaġun b’rebħa ta’ 2-1 barra minn darhom għand Dynamo Kiev. Huma fetħu l-iskor fit-18-il minuta bi ġmiel ta’ gowl ta’ Robert Lewandowski, li b’akrobazija għeleb lil goalkeeper George Buschan għal 1-0. It-tim Ġermaniż rdoppjaw fit-42 minuta meta minn pass ta’ Corentina Tolisso kien Kingsley Coman li tefa’ fix-xibka għal 2-0. Dynamo Kiev naqqsu d-distakk fis-70 minuta meta kien Denis Harmash li għeleb lil Manuel Neuer, liema gowl ma kienx biżejjed biex it-tim Ukren jiksbu xi ħaġa minn din il-partita.
UEFA CHAMPIONS LEAGUE
Illum: Grupp E D.Kyiv v B.Munich 1-2, Barcelona v Benfica 0-0 Grupp F Villareal v Man Utd 0-2, Young Boys v Atalanta 3-3 Grupp G Lille v Salzburg 1-0, Sevilla v Wolfsburg 2-0 Grupp H, Chelsea v Juventus 4-0, Malmo v Zenit 1-1
//= $special ?>