Coronavirus Lokali

COVID-19: Jiżdiedu l-pazjenti fl-Isptar Mater Dei

Fl-aħħar 24 siegħa, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li  f’pajjiżna ġew irreġistrati 71 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li fiequ 30 persuna oħra. B’hekk it-total ta’ każi attivi issa tela’ għal 907. Wieħed tajjeb li jinnota li l-aħħar darba li kważi missejna l-elf każ attiv kien fit-8 ta’ Awwissu.

Bejn It-Tnejn u t-Tlieta tħabbar ukoll li l-ammont ta’ pazjenti rikoverati l-isptar Mater Dei għall-virus tela’ għal 16…filwaqt li baqa’ 2 pazjenti fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Minkejja dan, fortunament ma tħabbret l-ebda mewta…. biex iċ-ċifra ta’ dawk li sfaw vittmi ta’ dan il-virus baqgħet dik ta’ 464.

Sal-Tnejn ġew amministrati 3,331 doża tat-tilqima kontra l-COVID-19, b’2,999 minnhom huma dożi tal-booster.