Lokali

Dwal li jlewnu t-toroq tal-Kapitali

Dwal ikkuluriti qed idawlu t-toroq tal-Belt Valletta hekk kif it-Tnejn filgħaxija nxtegħlu d-dwal tal-Milied li issa qed ilewnu l-kapitali għal żmien il-festi.

Id-dwal inxtegħlu kważi xahar qabel il-Milied, bil-Belt Valletta libset il-libsa ta’ dan iż-żmien festiv, li matulu eluf ta’ familji u turisti jfittxu l-Belt għall-atmosfera, għax-xiri u għad-divertiment.

F’dawn il-ġranet fil-kapitali se jkun hemm attività kważi kuljum, b’attivitajiet reliġjużi u tradizzjonali, kant u żfin li se jkunu qed joħolqu atmosfera mill-isbaħ f’dan il-perjodu mill-isbaħ.

Intant, hemm aspettativa minn għadd ta’ negozji għal nhar il-Ġimgħa li ġej – il-ġurnata magħrufa bħala Black Friday. Dan wara li s-sena li għaddiet kien hemm aktar restrizzjonijiet fis-seħħ, u għalhekk dan prattikament se jkun l-ewwel Black Friday minn mindu faqqa’ l-Covid f’pajjiżna.