Futbol Sport

Faissal El Bakhtaoui sospiż tliet partiti

(Ritratt: Martin Agius)

L-attakkant ta’ Ħamrun Spartans Faissal El Bakhtaoui ġie sospiż tliet partiti mill-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA wara l-karta ħamra li qala’ fil-partita ta’ tmiem il-ġimgħa kontra Hibernians. Intant, seba’ plejers oħra mill-Kampjonat BOV Premier ġew sospiżi partita, bi Franklin Sassere, Victor Prestes Filho kif ukoll Jamie Zerafa, se jitilfu l-partita bejn Ħamrun u Santa Lucia, flimkien ma’ El Bakhtaoui.

Birkirkara se jkunu mingħajr Oscar Carniello u Enrico Pepe, filwaqt Bohrer Mentz ta’ Gżira u Jonas EKani ta’ Mosta se jitilfu l-partiti kontra Gudja u Valletta rispettivament.