Sport Sport Ieħor

Gabriel Melillo jirbaħ l-MAWPC Championship ma’ Fordham Rams fl-Istati Uniti

(Ritratt: Fordham Sports)

Il-plejer tal-waterpolo Gabriel Melillo rebaħ l-MAWPC Championship fl-Istati Uniti mat-tim tiegħu Fordham Rams. Dan kien l-ewwel titlu li rebaħ dan it-tim fejn fil-finali għelbu lil Navy bl-iskor ta’ 9-6. Melillo niżżel ismu mal-lista tal-iskorers biex għamel l-iskor 3-2 favur Fordham Rams.

Melillo hu plejer Malti li qed ikompli bl-istudji tiegħu fl-Istati Uniti, fejn lagħab 23 darba mat-tim nazzjonali Malti tal-Waterpolo. F’Malta Melillo lagħab mat-tim ta’ Sirens, fejn għin lit-tim tiegħu jirbaħ il-Kampjonat tax-Xitwa ta’ taħt is-17-il sena fl-2019. Iż-żagħżugħ Malti ifforma parti wkoll mit-timijiet nazzjonali tal-waterpolo ta’ taħt is-17 u d-19-il sena, fejn irrapreżenta lil Malta fil-COMEN Cup kif ukoll fil-LEN U17 European Championships fl-2019.

Fordham Rams issa se jilagħbu kontra Princeton li huma r-rebbieħa tan-Northeast Water Polo Conference, fl-ewwel round tal-NCAA Championship.