Lokali

Għada jibda jinstema’ l-każ ta’ Arsema

Għada se jibda jinstema’ l-każ taċ-ċkejna Arsema quddiem Qorti fl-Ingilterra. Dan hekk kif mistennija jibdew il-proċeduri biex it-tifla tinġieb lura Malta wara li kienet inħarġet b’mod illegali minn pajjiżna.

Arsema kienet inhatfet minn Malta mill-omm bioloġika tagħha lura f’Ottubura tas-sena l-oħra. Iżda ftit tal-jiem ilu din l-istorja ħadet żvolta differenti hekk kif tħabbar li wara iktar minn sena,  it-tifla nstabet fir-Renju Unit u se tinġieb lura Malta.

Ftit tal-ġimgħat ilu, il-gazzetta ‘il-mument’ kienet ippubblikat ritratt esklussiv li fih Arsema tidher f’park tal-familja li jinsab f’Manchester. Dakinhar, il-gazzetta kienet irrappurtat ukoll li l-Aġenzija Appoġġ kellha f’idejha anke filmat li juri lil Arsema fl-Ingilterra. U issa, dan kollu ġie konfermat mill-Gvern.

Arsema kienet inħatfet minn ommha waqt li kienet taħt care order u ħarbet minn pajjiżna. It-tifla ilha 7 snin tiġi fostered mill-familja Farrugia.