“Jekk dan mhux se jsir, u nibqgħu għaddejjin, attivtajiet isiru, u oħrajn le, mela żgur li d-dillettanti jsaqsu, bħalissa jkollhom dubju, jekk il-Gvern, dak li qed jagħmel f’isem il-Covid, jridx li l-festi jibqgħu jeżiżtu.”
Hekk qal id-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo fil-Parlament hekk kif wassal is-sentiment ta’ bosta dillettanti tal-festi hekk kif qed iħossuhom diskriminati fid-dawl taċ-ċirkustanzi preżenti.
“Imma jekk dak li jgħodd b’ċertu kawtela għall-festi, kif ma jgħoddx għall-oħrajn”
Id-deputat Nazzjonalista tenna li mill-aktar fis il-Gvern irid juri bil-fatti li ma jridx jeqred il-festi bl-iskuża tar-regolamenti tal-Covid u bl-ispejjeż tal-pulizija.
Edwin Vassallo ħares ukoll lejn il-ħlasijiet li kienu mwegħda li l-Gvern se jagħti lid-dilettanti, inkluż lil dawk tal-piroteknika, iżda baqgħu ma nagħtawx.
Intant fl-aħħar jiem kien hemm għadd ta’ persuni li tkellmu dwar din is-sitwazzjoni hekk kif qed issir petizzjoni biex isiru d-dimostrazzjonijiet bil-bambin lejlet il-Milied, filwaqt li l-Arċipriet ta’ Ħal Qormi, Dun Mario Mangion permezz ta’ post fuq il-midja soċjali staqsa għaliex qed issir distinzjoni bejn attivitajiet reliġjużi u oħrajn fejn jidħlu l-protokolli li hemm fis-seħħ fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19.
//= $special ?>