Coronavirus Internazzjonali

Il-każijiet fil-Ġermanja jisparaw ‘il fuq

Il-Ministru tas-Saħħa tal-Ġermanja stqarr li sal-aħħar ta’ din ix-xitwa “kważi kulħadd ser ikun ġie mlaqqam b’mod sħiħ għall-kontra l-Covid-19, mfejjaq mill-pandemija jew inkella vittma ta’ dan il-virus”.

Fil-prinċipju.. dan huwa dak li riesqa lejn il-Germanja – u żied jgħid li attenzjoni qawwija hija meħtieġa f’dan il-punt tant kruċjali, hekk kif l-Ewropa qed taffaċja r-raba’ mewġa tal-pandemija.

Meta mistoqsi kemm huwa mħasseb dwar is-sitwazzjoni fil-Ġermanja, il-Ministru qal li hemm “żieda qawwija ta’ każi attivi” f’ħafna postijiet fil-pajjiz, bin-numri dejjem tilghin b’mod eċċessiv.

Qal ukoll li s-swali ddedikati għall-kura intensiva fl-Isptarijiet tal-Ġermanja huma kollha mimlijijn …u din is-sitwazzjoni ser tkompli tigrava fil-jiem li ġejjin. Żied jgid li t-tobba u l-infermieri se jaslu f’punt fejn ser ikollhom jagħżlu lil min se jikkuraw u lil min le.

Intant, espert Ġermaniż sostna li mhuwiex pjanat li jitħabbar lockdown fil-futur. Dwar l-għeluq tal-fruntieri tal-Ġermanja mar-Renju Unit, huwa saħaq li dan mhux ser isir għaliex il-varjanti tal-Covid-19 jinxterdu wisq malajr u għalhekk din il-miżura ma treġġix.

Fid-dawl ta’ dan kollu, iċ-Ċentru tal-Istati Uniti għall-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard u d-Dipartiment tal-Istat ħarġu twissija sabiex iħeġġu lin-nies biex ma jivjaġġawx lejn il-Ġermanja u d-Danimarka. Dan minħabba li l-każijiet fiż-żewġ pajjiżi sparaw ‘il fuq.

Aktar kmieni dan ix-xahar, Hans Kluge id-Direttur tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa wissa li r-rati attwali ta’ trażmissjoni tal-pandemija fi 53 pajjiż Ewropew huma inkwetanti u alarmanti.

Intant… fl-aħħar sigħat ħarġet l-aħbar ukoll li Jean Castex, il-Prim Ministru ta’ Franza rriżulta pożittiv għal COVID-19 – sigħat wara li rritorna minn laqgħa mal-Prim Ministru Belġjan fi Brussell.