Futbol Sport

It-tim nazzjonali Daniż, Claudio Ranieri u Scott Brown nominati għall-FIFA Fair Play Award 2021

It-tim nazzjonali tal-futbol tad-Danimarka ġie nominat għall-FIFA Fair Play Award għas-sena 2021 wara r-rispons tagħhom fil-partita kontra l-Finlandja fil-Euro 2020, fejn sofra attakk tal-qalb Christian Eriksen. Il-plejers Daniżi ffurmaw ċirku madwar Eriksen sakemm ingħata l-ewwel għajnuna, bil-captain Simon Kjaer u l-goalkeeper Kasper Schmeichel, kienu fost l-ewwel nies li ħadu ħsieb lis-sieħba tiegħu, f’dak il-mument diffiċli.

Min-naħa l-oħra l-coach ta’ Watford Claudio Ranieri ġie rikonoxxut talli t-tim li kien imexxi l-istaġun li għadda, Sampdoria, taw ‘guard of honour’ lill-Inter, li rebħu l-Iscudetto, xi ħaġa li normalment ma sseħx fis-Serie A.

L-eks captain ta’ Celtic Scott Brown, ġie nnominat ukoll tal-appoġġ li wera lill-plejer ta’ Rangers, Glen Kamara qabel id-derby ta’ Glasgow, wara li ftit jiem qabel Kamara kien vittma ta’ kummenti razzjali mill-plejer ta’ Slavia Prague Ondrej Kudela.