Internazzjonali

Jitressaq il-Qorti wara li saq fuq folla nies

Darrell E. Brooks ta’ 39 sena, gie identifikat bħala s-sewwieq tal-SUV li baqa’ diehel fuq folla nies waqt parata tal-Milied fl-Istati Uniti. Ir-ragel, issa, mistenni jitressaq il-Qorti b’akkuzi ta’ omicidju.

Il-każ seħħ il-Ħadd fil-lokalita’ ta’ Waukesha, fejn diversi studenti tal-iskola flimkien ma’ kumpanija taż-żfin għall-persuni anzjani kienu qed jipparteċipaw fil-parata tal-Milied. Wara li karozza saqet għal fuqhom, mietu talanqas ħames persuni ….u aktar minn 40 indarbu f’dan l-inċident.

Minkejja li dan il-każ mhux qed jitqies bħala attakk terroristiku, l-aggressur kellu l-intenzjoni li joqtol jew iweġġa’ serjament lin-nies preżenti.

L-uffiċjali qalu wkoll li Brooks jista’ jaffaċċja akkużi oħra, hekk kif l-investigazzjonijiet dwar il-każ għadhom għaddejjin.