Ekonomija Lokali

L-għoli tal-ħajja jkompli jiżdied

Ċifri tal-NSO jikkonfermaw li għal xahar ieħor il-ħajja kompliet togħla. Dan hekk kif reġa’ kien hemm żieda fl-indiċi tal-prezzijiet.

L-istatistika maħruġa dalgħodu turi li fix-xahar ta’ Otturbu kien hemm mill-ġdid żieda fil-prezzijiet ta’ prodotti bażiċi – żidiet li qed jaffetwaw direttament lill-familji Maltin u Għawdxin.

Din ix-xejra ta’ żidiet ilha għaddejja għal diversi xhur, kif jikkonfermaw l-istess ċifri tal-NSO.

Fil-fatt, l-istatistika turi li ilna kawżi sena sħiħa – xahar wara l-ieħor – nesperjenzaw żidiet fil-prezzijiet.

Skont eżerċizzju li għamel Net News fl-aħħar ġimgħat, xirja ta’ affarijiet li kull familja tuża ta’ kuljum għoliet bi kważi 10 fil-mija f’temp ta’ tnax-il xahar. Dan l-ammont ma jinkludix iż-żieda fil-prezz tal-mediċini, kif ukoll il-kontijiet tad-dawl.

Madankollu skont il-Gvern, iż-żieda li kien ħaqqu l-ħaddiem Malti għall-għoli tal-ħajja, ibbażata fuq il-prezzijiet ta’ din is-sena, kienet ta’ €1.75.