Futbol Sport

Mark Gatt isejaħ skwadra ta’ 24 plejer għall-partiti kontra l-Montenegro u l-Bosnia

(Ritratt: MFA)

Il-coach tat-tim nazzjonali Malti tan-nisa, Mark Gatt sejjaħ skwadra ta’ 24 plejer għall-partiti mill-Fażi ta’ Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-2023, kontra l-Montenegro u l-Bosnia Herzegovina. Ma’ din l-iskwadra Gatt inkluda lil goalkeeper Janice Xuereb kif ukoll lil Haley Bugeja, li t-tnejn kienu neqsin mill-iskwadra preċedenti minħabba injuries. It-tim nazzjonali Malti jinsab fir-raba’ post ta’ Grupp E b’erba’ punti miksuba fl-aħħar żewġ partiti, b’rebħa ta’ 2-1 kontra l-Azerbaijan kif ukoll draw ta’ 2-2 kontra l-Bosnia Herzegovina.

L-iskwadra ta’ 24 plejer:

Goalkeepeers: Janice Xuereb (Birkirkara); Patricia Ebejer (Mġarr United); Jodie Attard (Swieqi United). Difensuri: Maia Debono (Mġarr United); Jessica Dimech, Jade Flask, Jade Schembri (Swieqi United); Stephania Farrugia, Ann-Marie Said, Gabriella Zahra, Charlene Zammit (Birkirkara); Nicole Sciberras (Tavagnacco, Italy). Midfielders: Alishia Sultana, Veronique Mifsud (Birkirkara); Emma Xuereb, Shona Zammit, Dorianne Theuma (Swieqi United); Emma Lipman (Como Women); Rachel Cuschieri (Lazio). Attakkanti: Brenda Borg, Francesca Chircop (Mġarr United); Haley Bugeja (Sassuolo); Ylenia Carabott (Keynsham Town Ladies); Maria Farrugia (Sunderland Ladies).