Lokali Qorti

Mixli li qala’ l-inkwiet, fera persuna u li ħebb għall-Pulizija għax ma tħalliex jidħol fi club

Libjan ta’ 25 sena, li fil-passat riċenti kien diġa’ kiser difrejh mal-Pulizija inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li fera ħafif raġel u ħebb għall-kuntistabbli tal-Pulizija. L-inċident allegatament seħħ għax ma tħalliex jidħol fi club f’Buġibba minħabba li kien qala’ l-inkwiet fl-isttess stabbiliment xi jiem qabel.

Mohamed Abdulmajeb Abungab, residenti s-Swieqi ġie akkużat li nhar il-Ħadd għall-ħabta tas-filgħodu 2.30 am.u mingħajril-ħsieb li joqtol jew li jqiegħed l-ħajja ta’ Malcolm Vassallof’periklu ċar, ikkaġuna ħsara fil-ġisem jew fis-saħħa tiegħu, liema ġrieħi huma ta’ natura ħafifa.

Il-Libjan li tressaq quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud mill-Ispettur Godwin Scerri ġie mixli li ma obdiex l-ordnijiet leġittimi tal-kuntistabbli Daniel Mohr, li spiċċa aggredit mill-akkużat u li fixklu  waqt li kien jagħmel d-dmirijietu.

Abungab ġie mixli wkoll li fl-istess jum, lok u ċirkostanzi kif ukoll matul ix-xhur ta’ qabel f’inħawi oħra naqas milli jħares il-kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti tal-Maġistrati fid-digriet mogħti nhar id-19 ta’ Diċembru 2019, li bih ingħata il-ħelsien mill-arrest u dan fuq depożitu u garanzija kumplessiva ta’ €11,000.

Mohamed Abdulmajeb Abungab kien ammetta l-involviment tiegħu f’Awwissu li għadda meta kiser ordni tal-Qorti wara li kien San Ġiljan għall-ħabta tas-2.00 am. meta suppost kien id-dar fuq ordni tal-Qorti. Għalih deher l-Avukat Noel Bianco bil-prosekuzzjoni titmexxa mill-Ispettur Godwin Scerri.