Raġel minn Bormla ta’ 42 sena ttieħed l-isptar wara li sofra ġrieħi kaġun ta’ nar li ħakem residenza li tinsab fi Triq tal-Borg, Raħal Ġdid. Żewġ nisa, waħda ta’ 39 sena u anzjana ta’ 75 sena, li wkoll kienu fir-residenza, ma sofrewx ġrieħi.
L-awtoritajiet ġew infurmati b’dan il-każ għall-ħabta tal-9.45am.
Fuq il-post marru minnufih membri tal-Ptotezzjoni Ċivili, ambulanza u pulizija.
Mill-aktar fis, in-nar ġie taħt kontroll, filwaqt li l-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>