Futbol Sport

Rebħa mqanżħa għal Pembroke kontra għaxar plejers

Chris Cassar

PEMBROKE A. ……………………… 1

MARSAXLOKK ……………………… 0

Pembroke A: M. Grech, A. Marshall, D. Sant, K. Frendo, J. Brincat, N. Pace Cocks, E. Ferreira, T. Fenech, J. Bajada, W. Gomes, N. Ghio.

Marsaxlokk: F. Tabone, I. Zammit, G. Barone, J. Gill, T. Vella, X. Cappellino, W. Serrano, P. Xuereb, E. Vella, P.P. Sammut, R. Tonna.

Referee: Daniel Casha

Pembroke komplew saħħew it-tieni pożizzjoni tagħhom b’rebħa mqanżħa kontra Marsaxlokk, bix-Xlukkajri jilagħbu t-tieni taqsima sħiħa b’għaxar plejers. Iżda minkejja din l-inferjorita’ Marsaxlokk qasmu l-logħob mal-avversarji u saħansitra fit-tieni taqsima ħolqu pressjoni fuq l-avversarji, fejn Pembroke kellhom jiddefendu għal ħinijiet twal.

Marsaxlokk dehru aħjar fl-ewwel battuti tal-logħba bit-tim ta’ Pembroke idum xi ftit ma jieħu kontroll tas-sitwazzjoni. L-ewwel tentattiv kien tax-Xlukkajri permezz ta’ Ryan Tnno bil-ballun imur ferm għoli.

Fit-22 minuta Pembroke fetħu l-iskor meta minn azzjoni ta’ freekick kien Erikys Ferreira li b’daqqa ta’ ras għeleb lil Tabone. Marsaxlokk wettqu reazzjoni anki jekk ftitli xejn inkwetaw lill-goalkeeper Grech.

Eżatt fil-45 minuta mument importanti tal-logħba meta kien hemm kuntatt bejn Ferreira u Emerson Vella fejn dan ta’ l-aħħar jidher li kellu reazzjoni u kien muri karta ħamra biex ix-Xlukkajri kellhom jilagħbu t-tieni taqsima kollha bi plejer inqas.

Kif bdiet it-tieni taqsima Marsaxlokk resqu qrib b’daqqa ta’ ras ta’ Cappellino li kienet salvat bi bravura minn Grech u f’risposta immedjata Pembroke sfortunati meta daqqa ta’ ras ta’ Gomes ħabtet ma’ sieq il-lasta.